Pass 1 Attiva l-kit onlajn
Mur fuq https://www.ancestry.com/dna/activate
M’għandekx kont ma’ Ancestry? Huwa faċli u bla ħlas—aħna ser ngħinuk tiftaħ wieħed.
Daħħal il-kodiċi ta’ attivazzjoni bi15-il ċifra mit-tubu tal-ġbir
Dan il-kodiċi jorbot il-kampjun tiegħek miegħek. Huwa l-uniku mod ta’ kif nistgħu nidentifikaw il-kampjun tiegħek. Mingħajru ma tistax tikseb ir-riżultati tiegħek.
Pass 2 Iġbor id-DNA
Imla t-tubu bil-bżieq sal-linja mmewġa sewda.
Imla t-tubu sakemm il-bżieq tiegħek (mingħajr bżieżaq) ikun mal-linja mmewġa jew eżatt fuqha. Ħaġa faċli—trid inqas minn ¼ ta’ kuċċarina. Timlihx iżżejjed.
Ibdel il-lembut bl-għatu.
Neħħi l-lembut mit-tubu. Dawwar u agħlaq l-għatu ta’ miegħu sew biex tirrilaxxa s-soluzzjoni li se tistabbilizza d-DNA fil-bżieq tiegħek.
Issikka biex tirrilaxxa l-fluwidu stabilizzanti.
Tkun taf li qed jaħdem meta s-soluzzjoni blu mill-għatu tkun tbattlet għal ġot-tubu.
Ħawwad it-tubu għal mill-inqas ħames sekondi.
Dan se jiżgura li l-kampjun tiegħek jitħallat kompletament mas-soluzzjoni stabilizzanti, sabiex il-laboratorju tagħna jkun jista’ jipproċessa l-kampjun tiegħek bl-aħjar mod.
Poġġi t-tubu fil-borża tal-ġbir.
Poġġi l-kampjun ġewwa l-borża tal-ġbir ipprovduta fil-kit tad-DNA tiegħek. Issiġilla l-borża bi strixxa adeżiva.
Ibgħat il-kampjun tiegħek bil-posta
Poġġi l-kampjun tiegħek fil-kaxxa tal-posta mħallsa minn qabel. Issiġilla l-kaxxa bl-istrixxa adeżiva u ibgħatha.